SEJĦA GĦAL AWDIZZJONIJIET: Nouveau Riche

21.04.21

Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ Moveo Dance Company qed iffitxu żewġ atturi biex jipparteċipaw fi produzzjoni mfassla ġdida ta’ dance theatre — Nouveau Riche — produzzjoni kontemporanja bil-Malti b’kitba u direzzjoni ta’ Simon Bartolo, direzzjoni tal-moviment ta’ Dorian Mallia. Ir-rappreżentazzjoni għandha l-għan li ma tkunx itwal minn siegħa u tinkludi kast li jkun fih kemm żeffiena kif ukoll atturi.

Niżżel l-applikazzjonijiet tiegħek hawn taħt!