SEJĦA GAL SERVIZZ: Uffiċjal tal-Amministrazzjoni u l-Finanzi
13.02.23Qed infittxu li ningaġġaw persuna esperjenzata u entużjasta biex tagħti servizz ta’ Uffiċjal tal-Amministrazzjoni u l-Finanzi għal medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa, biex jappoġġjana fl-iżvilupp u t-twassil tal-programm artistiku ta’ Teatru Malta billi jipprovdi l-proċessi amministrattivi koordinattivi meħtieġa, inkluż it-tħejjija u l-ipproċessar ta’ talbiet għall-ksib, fatturi, kuntratti għal skopijiet ta’ żamma ta’ rekords u ż-żamma tal-baġit. L-Uffiċjal tal-Amministrazzjoni u l-Finanzi għandu jirrapporta lill-Kap tal-Produzzjonijiet.
L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni neċessarja, u Curriculum Vitae dettaljat għandhom jintbagħtu fuq contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard minn nhar t-Tnejn, 13 ta’ Frar 2023, f’nofsinhar. L-applikanti għandu jkollhom numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT validu.
Il-fornitur ta’ servizz magħżul ser ikun responsabbli għall-kontribuzzjonijiet tat-tassazzjoni
u għas-sigurtà soċjali kollha rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.