L-Għarusa: Sejħa Għall-Awdizzjonijiet

01.06.22

Teatru Malta, bis-sapport ta’ Arts Council Malta u Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, se jippreżenta adattament liberu bil-Malti tad-dramm f’att wieħed L-Għarusa ta’ Ġużè Diacono f’għeluq il-mija u għaxar snin minn twelidu u l-għoxrin sena minn mewtu. Dan id-dramm idur mat-turmenti mentali u emozzjonali ta’ mara li tidħol soru (Sor Wistina) wara li tara lill-maħbub tagħha jegħreq quddiemha. It-trawma tikkawża fiha kundizzjoni mentali li biha tibda titfixkel lill-maħbub (mejjet) tagħha ma’ Ġesù Kristu, b’inferenzi erotiċi indirizzati lejn Kristu.
Din il-produzzjoni ser tittella’ bil-Malti.