Sejħa għas-servizzi: Eżekuttiv tal-Amministrazzjoni u Assistent għad-Direttur Artistiku – Teatru Malta

03.11.23

Qed infittxu li nqabbdu persuna esperjenzata u entużjasta għall-pożizzjoni ta’ Eżekuttiv tal-Amministrazzjoni u Assistent għad-Direttur Artistiku, għal 30 siegħa dil-ġimgħa, sabiex tkun ta’ sapport għat-tim ta’ Teatru Malta fl-organizzar u l-manteniment ta’ kuljum tat-tmexxija tal-uffiċċju u ta’ Teatru Malta, waqt li tissorvelja l-operati finanzjari u amministrattivi ta’ Teatru Malta.

Il-kandidat magħżul se jkun jirraporta lid-Direttur Artistiku (Teatru Malta) u d-Direttur tal-Amministrazzjoni (NAPA).

Responsabbiltajiet ġenerali:

  • Appoġġ fitt-tmexxija ta’ kuljum tal-uffiċċju ta’ Teatru Malta kif meħtieġ mid-Direttur Artistiku u l-Maniġer Ġenerali
  • Manteniment tal-uffiċċju u l-kartolerija ta’ Teatru Malta
  • Monitoraġġ tal-email tad-Direttur Artistiku u anke li jieħu ħsieb it-tweġibiet jekk ikun hemm bżonn
  • Li jipprepara l-komunikazzjoni f’isem id-Direttur Artistiku u l-Maniġer Ġenerali
  • Jieħu ħsieb il-kalendarju tad-Direttur Artistiku, kif ukoll dak ġenerali ta’ Teatru Malta
  • Jikkordina u jiskeda laqgħat b’kollaborazzjoni diretta mat-tim
  • Jissorvelja u jikkordina t-telekomunikazzjoni ta’ Teatru Malta ma’ partijiet interessati, fornituri u t-tim
  • Jorganizza s-safar u l-itinerarji għat-tim permezz tar-regolamenti ta’ akkwist tal-Gvern
  • Li jwettaq jew jipprepara kwalunkwe riċerka li d-Direttur Artistiku u l-Maniġer Ġenerali jistgħu jeħtieġu
  • Li jabbozza, jipprepara u jipproċessa sejħiet għall-akkwist pubbliku għall-finijiet tat-tlestija tal-programm artistiku ta’ Teatru Malta kif dirett mill-Kap tal-Produzzjonijiet, ikkordinar tal-proċessi ta’ evalwazzjoni u rappurtaġġ fejn ikunu neċessarji
  • Monitoraġġ u li jimxi mal-proċeduri tal-Akkwist Pubbliku
  • Li jżomm rendikont ta’ fatturi u ħlasijiet tad-dipartiment tal-finanzi tal-ANAP
  • Jassisti fejn hemm bżonn fit-tlestija ta’ fatturi għal ħlas
  • Jassisti mal-iffirmar u l-iproċessar tal-fatturi ta’ Teatru Malta
  • Jikkordina ma’ persunal amministrattiv ieħor fi ħdan Teatru Malta u ANAP biex jiżgura li l-akkwist, il-fatturi u l-kuntratti għaddejjin b’mod effiċjenti skont ir-regolamenti
  • Aġġornament kontinwu tar-rekords finanzjari u tal-akkwist, billi jintużaw il-mudelli provduti għal skopijiet ta’ rappurtaġġ u awditjar
  • Jidentifika nuqqasijiet u mġiba possibilment ħażina fis-sistema finanzjarja u ta’ akkwist u jissuġġerixxi l-azzjoni korrettiva li jkun hemm bżonn
  • Li jaġixxi bħala rappreżentant għall-entità u jiżgura li jinżammu relazzjonijiet tajba mal-imsieħba u l-kollaboraturi kollha, u
  • Li jwettaq kull dmir ieħor kif mitlub mid-Direttur Artistiku (Teatru Malta) jew Direttur tal-Amministrazzjoni (ANAP).

Ħiliet u kompetenzi:

  • Il-kandidati għandu jkollhom grad ta’ Master Postgraduate MQF Level 7 rikonoxxut u rilevanti, fil-Komunikazzjoni, Maniġment tan-Negozju, Maniġment, Studji Teatrali, Arti jew f’suġġett relatat u/jew Minimu ta’ 4 snin esperjenza fil-maniġment/amministrazzjoni
  • Għarfien tas-settur teatrali, l-industriji kreattivi u l-ekonomija kreattiva, f’kuntest Ewropej/Mediterranju usa’. Għarfien lokali huwa meqjus bħala ta’ benefiċċju.
  • Kapaċità li timmaniġġja ambjent matriċi, tikkollabora f’diversi dipartimenti u tinfluwenza l-livelli kollha fi ħdan l-organizzazzjoni.
  • L-abbiltà li tistabbilixxi u żżomm relazzjonjiet pożittivi ma’ bosta kollaboraturi u partijiet interessati.
  • Kapaċità li tikkomunika b’mod effettiv b’ħiliet ta’ smigħ u interpersonali eċċellenti, preferibbilment bil-Malti u bll-Ingliż.

Litteriżmu tal-Kompjuter:

  • Artikolazzjoni verbali u miktuba bil-Malti u bll-Ingliż
  • Diskrezzjoni professjonali
  • Effiċjenza u rekord ippruvat tat-aderenza mal-iskadenzi
  • Ħiliet organizzattivi b’saħħithom;

Kuntratt
Tip ta’ kuntratt; Kuntratt ta’ servizz għal sena (jista’ jiġġedded)
Kundizzjonijiet: Flessibbli biex jipprovdi s-servizzi tiegħu/tagħha/tagħhom fi tmiem il-ġimgħa u filgħaxija, ibbażat fuq ftehim reċiproku mad-Direttur Artistiku u l-Maniġer Ġenerali.

Applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet flimkien mid-dokumentazzjoni meħtieġa, ittra ta’ akkumpanjament, u Curriculum Vitae dettaljat għandhom jaslu għand contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Novembru 2023, f’nofsinhar.

L-applikanti għandu jkollhom numru validu ta’ reġistrazzjoni tal-VAT. Il-fornitur tas-servizz magħżul ikun responsabbli għat-tassazzjoni rilevanti kollha u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-applikanti eliġibbli se jintalbu jagħmlu intervista għall-għażla.