28 . 01 . 21

Ħarġu l-applikazzjonijiet ta’ Atelier Francis Ebejer!

Grazzi lil dawk kollha li attendew għas-sessjoni introduttorja ta’ #AtelierFrancisEbejer li hija inizjattiva bi sħab tagħna ma’ Spazju Kreattiv u Teatru Manoel. L-applikazzjonijiet għall-Atelier Francis Ebejer issa huma miftuħa. Biex tniżżel l-applikazzjoni tiegħek u tiskopri aktar dwar din l-opportunità eċċitanti, żur din il-ħolqa u applika issa.