Zoe Camilleri
Biografija
Zoe Camilleri hi artista u żeffiena freelance Maltija. Fl-2011, bdiet it-taħriġ full-time fir-Rambert School of Ballet and Contemporary Dance ġewwa Londra. Wara li ggradwat, ġiet lura lejn il-gżira tagħha biex tingħaqad mal-ewwel grupp ta’ żeffiena ta’ ŻfinMalta, l-ewwel bħala apprendista, imbagħad bħala żeffiena full-time fit-tliet snin sussegwenti. Hi ħadmet ma’ korjografi bħal Iván Pérez, Jose Agudo, Athanasia Kanellopoulou, Mavin Khoo, Francesca Tranter, Lucia Piquero, Paolo Mangiolo, u ħafna oħrajn. Bħala freelancer, hi ħadet sehem f’diversi proġetti kemm lokali kif ukoll internazzjonali, filwaqt li għallmet iż-żfin f’postijiet bħall-Università ta’ Malta u ŻfinMalta. Hi esperimentat ukoll mal-korjografija u minn dak iż-żmien, ġiet inkarigata li tikkorjografa għal ŻfinMalta u għall-Festival tal-Arti ta’ Malta. Apparti l-karriera taż-żfin tagħha, Żoe tagħmel ukoll parti mid-dinja tal-ħjata u tal-kreazzjoni tal-ħwejjeġ. Hi proprjetarja ta’negozju żgħir ta’ moda sostenibbli bl-isem ta’ Zowij.Makes, fejn toħloq ħwejjeġ magħmulin skont l-eżiġenza tal-individwu minn drappijiet “vintage” u użati.