Simone Zammit

Attriċi

Biografija

Simone Zammit bdiet tieħu sehem fid-drama mill-eta’ zgħira ta’ ħames snin, u rrapreżentat Iii iskola tagħha fuq ir-Rediffusion fi produżżjonijet Ii kienu jsiru dak iż-żmien għal lis-skejjel. 

Waqt Ii kienet ghadħa studenta, kienet tagħmel parti mill-kor ta’ l-iskola tagħha ukoll, u din tagħtha opportunita’ Ii tieħu sehem f’parti principali fil-Mini Musical Ii dak iż-żmien kien isir fit-teatru Manoel. Dan kollu ħajjarha tapplika biex tidħol fl-iskola tad-drama Ii kienet ser tiftaħ għal l-ewwel darba taħt ii-patronċinju ta’ t-teatru Manoel. 

Minn dak iż-żmien l-hawn qatt ma’ ħarset lura. Ħadet sehem fi tlett produżżjonijiet Maltin Ii kienu ttellgħu ġo diversi teatri u skejjel f’Londra. Attendiet diversi ‘courses’ fil-vuċi, teatru mużikali u saħansitra mima, minn għalliema barranin. Dan kollu kien ta’ xprun għaliha biex tieħu sehem f’Opri bħal ‘Manon Lescaut’, ‘Norma’, ‘’Werther’, Operetti bhal: ‘Lejl ġo Venezja’, ‘Fleidermaus’ u ‘Principessa della Kzarda’ u Musicals bħal ‘Joseph and the Amazing Technicolour dreamcoat’, ‘King and I’ u ‘L-Opera ta’ Sitt Ħabbiet’, 

Ħadet sehem ukoll f’kummidji Maltin u Ngliżi bħal ‘Karmena Abdilla’, ‘Can’t pay won’t pay’ u ‘L-lnfern ma jistgħax jistenna’, ukoll f’teatru Grieg bħal ‘Medea’, ‘Women of Trachis’ u ħafna aktar produżżjonijiet Ii mpossibbli nsemmuhom kollha. 

Ħadet sehem ukoll f’radju drammi u fuq it-television b’sensiliet bħal ‘Anġli’, ‘Giselle’ u ‘Zafira’. Kellha opportunita’ biex tieħu sehem f’film lokali ta’ sensiela ‘Santa Monica’. L-aħħar produżżjoni li ħadet sehem fiha kien, kemm fid-dramm kif ukoll fil-film: ‘Castillo’ li għadu kif spiċċa jinġibed issa. Bħalissa qiegħdha tipprepara ghal ‘play’ bl’isem ta’ ‘Lupu Ngħaġa’