Rachel Pecorella Genovese
Biografija
Rachel Genovese, bdiet l-istudji taghha fit-teatru f’eta’ tenera hafna, taht il-gwida ta’ ghalliema bhal Lino Farrugia u Albert Marshall, fost l-ohrajn. Hija studjat mal-London Academy of Music and Dramatic Art f’Londra u kisbet Level 4 Diploma f’Performing Speech and Drama ma’ Trinity College f’Londra. Lejn l-ahhar tal-istudji taghha fit-teatru, Rachel Genovese hadet sehem f’serje televiziv kompetittivi u ftit wara bdiet l-karriera taghha fuq it-televizjoni Maltija. Rachel Genovese dehret f’numru ta’ sensiliet fuq stazzjonijiet televizivi ewlenin f’Malta, fosthom sensiliet bhal Rubini, Dreams, Katrina, u Sorelle. Lejn il-bidu tas-sena l-ohra Rachel ghazel li tiddedika aktar hin ghat-teatru, hekk kif ricentament interpretat l-irwol ta’ Cathy fil-produzzjoni teatrali Castillo, progett ikkummisjonat minn Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ TakeTwo u l-Kunsill Malti ghall-Arti.