Narcy Calamatta

Attur

Biografija

Narcy Calamatta beda fuq il-palk fl-1946 ikanta fil-kor tat-tfal tal-opra Carmen ta’ Bizet.  Fl-1992 gradwa BA Hons fit-Theatre Studies and Communications u Illum iqis ruhu bhala studjuz tat-teatru w jahdem bhala dramaturgu, regista, disinnjatur tax-xeni u kostumi kif ukoll attur fid-drama.

Bhala regista idderiega xoghol klassiku minn Shakespeare sa Pirandello u minn Lope de Vega so Eurgene O’Neil. Idderiga ukoll zewg musikals Maltin kif ukoll zewg opri Taljani, barra numru ta’ pagents bi produzzjonijiet spettakolari.

Bhala attur kien specialista tal-mima, kif ukoll hadem stand-up comedy bl-Ingliz u bil-Malti ghal numru ta’ snin.

Fid-drama ha sehem f’hafna produzzjonijiet professjonali kemm bl-Inglis u bil-Malti u kien jidderigi kummiedji bit-Taljan ghal Filodrammatica Goldoni fis-snin 60.  Fost personaggi importanti bil-Malti hadem il-parti ta’ Enrico IV ta’ Pirandello u Il Sindaco del Rione Sanita ta’ Eduardo de Filippo.

Bl-inglizi hadem il-partijiet principali fil-kummiedja, The entertainer ta’ John Osborne, kif ukoll bhala Oscar Madison fil-kummiedja Amerikana The Odd Couple ta’ Neil Simon.  Kien Domenico Soriano fil-kapulavur ta’ de Filippo, Filumena Marturano, kemm bl-Inglis u bil-Malti.

Calamatta iddisinja ix-xeni ta’ kull produzzjoni li kien qed jidderigi. Bosta kienu originali fosthom il-kummiedja Rumana ta’ Plautus, I Menechmi li ittelghet ghal World Congress of Latinists u Fuente Ovejuna ta’ Lope de Vega li inawgurat it-teatru tal-General Workers Union.

Calamatta jikteb kummiedji satirci ghal palk bhal, Meta Hatfu lil Piano u Il-Faqqas u n-Nassab. Bl-Inglis kiteb u pproduca, Madderley Love li ittellghet ghal International Conference for Mental Health Nurses u V in Love li inawgurat il-ftuh tal-latrina ta’ Strada Stretta, Valletta, bid-disinn ta’ Norbert Attard.

F’dawn l-ahhar 12 il-sena Calamatta specjalizza fit-tkattir tal-Commedia dell’Arte. Kiteb 5 kummiedji f’dan l-istil u dejjem hadem il-parti ta’ Pantalone. Dawn il-kummiedji qalibhom ghal Inglis u siefer bit tlieta minnhom. Ha truppa tal-CdA f’Munich il-Germanja, darbtejn u grupp

iehor hadu fl-Israel fejn hadmu fi tlitt ibliet differenti u ippresentaw il-kummiedja  8 darbiet quddiem 2,000 ruh.

Fl-1991, Calamatta kien ha truppa ta’ 20 zghazagh f’Moska fir-Russja fejn tellghu kollag ta’ monologi ta’ Shakespeare bl-Inglis u hadmu f’erbgha teatri differenti fosthom l-Akademia Sovjetika tac-Cinema.

Calamatta ghandu karriera twila fic-cinema fejn hadem mal-BBC u l-ITV f’ Londra u ma producer Taljan f’Napli. Hawn Malta huwa hadem f’hafna films bhala assistent direttur. Fl-1987 lahaq Managing Director mal- Malta Film Facilites fejn hadem 3 blockbusters ta’ Hollywood, hafna xoghol ghat-TV Inglis, feature films Taljani u wiehed Indjan. Waqt li kien f’dan ix-xoghol bena it-tieni tank li hu l-ikbar wiehed fid-dinja ghal gbid tal-films taht l-ilma. Bena wkoll il-Popeye village u fethu bhala attrazzjoni turistika.

Fuq it-TVM Calamatta kien prezentatur ta’ zewg Quiz Programmes u ta’ Bongu Malta li kien programme ta’ 5 sieghat kull nhar ta’ hadd li kien original minn kull aspett. Huwa ha sehen f’xi films tal-PBS izda l-aqwa xoghol li qadt ghamel fuq it-televxin kien meta kiteb l-ewwel 8 episodji, iddisinja ix-xeni w il-kostumni w idderiga 28 episodju tas-serje komika Wenzu w Rozi fejn kellu il-parti principali.

Calamatta illum qed jahdem bhala attur fil-films ewlenin li qed isiru Malta mill-Maltin. Ghandu l-parti principali fil-film, Bahar Zmien li dar hafna pajjizi kif ukoll partijiet izghar f’Habbilni ha Nirbah u Just Noise. Calamatta jikteb skripts tal-films u jippublika kotba fuq it-teatru fosthom, Meta Hatfu l-Piano, Ghaliex Commedia? Ghaliex Malta? kif ukoll Why Commedia? Why Malta? L-ahhar pubblikazzjoni fl-2020 hi studju fuq ix-xoghol ta’ Samuel Beckett fl-imkien mat-traduzzjoni tieghu stess tal-kummiedja, Endgame bil-Malti, kif jismu l-ktieb.