Moira Muscat
Biografija
Wara li lestiet kors ta’ tliet snin ġewwa l-Akkademja tal-Arti Drammatika tat-Teatru Manoel (MTADA), Moira kienet involuta f’bosta produzzjonijiet teatrali kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Drammi jinkludu The Collector ta’ John Fowles, The Dark at the top of the Stairs ta’ William Inge, Crimes of the Heart ta’ Beth Henley, God’s Favorite ta’ Neil Simon, Il-Qaddej ta’ Żewġ Bosses ta’ Carlo Goldoni, u Wife begins at Forty ta’ Ray Cooney,
Il-verżjoni Maltija ta’ Colombe ta’ Jean Anouilh, Funny Money ta’ Ray Cooney, Ix-Xħiħ ta’ Molière, Ħekuba ta’ Ewripide, Lysistrata ta’ Aristofane u Macbeth ta’ Shakespeare.
Drammi oħra bil-Malti jinkludu Menz ta’ Francis Ebejer, l-Għasfur taċ-Ċomb ta’ Oreste Calleja, Meta Tgħajjat il-Kokka bil-Lejl ta’ Joe Vella Bondin, Ħajjitna ta’ Ġwann Abela ofm, Għax Hekk u Tislih is-Serp ta’ Vincent Vella, Il-Mostru ta’ Selmun ta’ John Suda, Friefet u Barrin ta’ Lino Grech, Il-Madonna taċ-Ċoqqa ta’ Ġużè Diacono, Il-Kerrejja ta’ Ġużè Chetcuti, Mid-Djarju ta’ Sara u L-Għanja taċ-Ċinju ta’ Joe Friggieri, Ħajja mill-Ġdid ta’ Anthony Portelli, Mixja fid-Dlam ta’ Mario Micallef, Rewwixta ta’ Oliver Friggieri, Hekk Sejra u Il-Birthday Party ta’ Gino Muscat Azzopardi u Politira ta’ Keith Borg.
Għal diversi snin, Moira kienet involuta sew f’serje televiżivi lokali popolari. Dawn jinkludu rwoli prinċipali f’F’Baħar Wieħed, Il-Familja Grech u Ingroppi ta’ Lino Grech, Kuġini ta’ Ray Attard, 506 miktuba minn Mark Calleja, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri ta’ Oliver Friggieri, Salib it-Toroq ta’ Frederick Zammit u Midinbin ta’ John Suda.
Minbarra dawn ir-rwoli li jvarjaw bejn drammatiċi u komiċi, hi ġiet mitluba wkoll tinterpreta karattri għal dokumentarju kemm ma’ BBC Scotland kif ukoll mar-Rete 4 u ħadet sehem f’films bħal Phobia ta’ Louis Cuschieri u Do Re Mi Fa ta’ Chris Zarb.