Mary Rose Mallia
Biografija
Bħala attriċi Mary Rose ħadet sehem f’bosta xogħlijiet kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni. Fost ix-xogħlijiet għall-palk ħadmet f’‘Baħar Wieħed’, ‘Filumena Marturano’ u ‘Il-Mara tal-Ministru’. Għat-televiżjoni kellha partijiet prinċipali f’teleserials bħal ‘Ir-Ronnie’, ‘Simpatiċi’, ‘Il-Madonna taċ-Ċoqqa’, ‘Il-Mandraġġara’, ‘Saħta fuq Uliedi’, ‘Marvin’, ‘Nies Bħalna’ u oħrajn. Mary Rose Mallia hi wkoll kantanta magħrufa fejn ħadet sehem f’partijiet prinċipali f’operetti fosthom ‘Die Fliedermaus’, ‘Orpheus in the Underworld’, ‘The Merry Widow’, ‘The White Horse Inn’, ‘The Land of Smiles’; kif ukoll fi musicals bħal ‘The King and I’, ‘Sound of Music’, ‘The Wiz’, ‘Nunsence’ u dawk bil-Malti – ‘Ġensna’, ‘Spiru Cefai’, ‘Taħt Tliet Saltniet’, ‘Żeża tal-Flagship’, ‘Karmena Abdilla’ u oħrajn…