Marceline Galea
Biografija
Marceline Galea bdiet it-tahrig teatrali taghha mal-Corinthia “Animation Team” fejn ghamlet ukoll xi snin responsabbli mit-tmexxija tieghu. Hadet sehem f’diversi produzzjonijiet televizivi bhala prezentatrici fosthom Caqlaq u Puntini li rebhu numru ta’ premijiet fil-kategorija tal-programmi ghaz-zghazagh, kif ukoll bhala attrici f’Gizelle, KC, Tereza u Division 7. Ghal seba’ snin kienet ukoll parti mit-team kreattiv ta’ Xarabank. Progetti teatrali ricenti jinkudu Igsma Ihirsa, Il-Kennies tal-Genna, Il-Kappilan ta’ Malta, Faith Hope and Charity, NEETS, It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla, Inverzjoni, Habbilni Ha Nirbah, Fl-Isem tal-Missier tal-Iben u tal-Ispettur Bonnici, Hekuba, Sitt Xhur Biss, Missierna li x’Aktarx Inti fis-Smewwiet, Il-Hanina Madalena, Elektra, Bejn Linja u Ohra, The Goat (or who killed Sylvia), id-dawl fit-tieq tas-sitt sular/ il- warda bla xewk fuq ic-cinta tal-gnien, Notte X-voto, u ..imbghad Margherita . Hadmet ukoll parti fil-films Genesis (2001), Habbilni Ha Nirbah (2018) u fil-vidjo tal-kanzunetta ‘Breathlessly’ ghall-Eurovision (2017). Idderigiet ukoll zewg produzzjonijiet ghall-Cospicua Short Play Festival fejn rebhet l-unur tal- aqwa direzzjoni fiz-zewg okkazjonijiet (2020, 2022). Rebhet ukoll l-unur tal-ahjar attrici tlett darbiet fl-istess festival (2018, 2019,2022). Marceline hija gradwata b’Bacellerat fl-immanigjar tar-Rizorsi Umani u b’Masters fil-Psikologija.