MAGDALENA VAN KUILENBURG

Actress

Biografija

Magdalena Van Kuilenburg, twieldet fl-1983 u tħarrġet fir-reċtar u l-arti performattiva għal tmien snin fil-Malta Drama Centre. Hija għandha BA (Hons) fl-Istudji Teatrali mill-Università ta’ Malta. It-taħriġ kompla waqt festivals internazzjonali taż-żgħażagħ fl-Iżrael, Sqallija u l-Ungerija, fil-festivals tan-nisa ta’ Odin Theatre fid-Danimarka u INFOMAT fil-Greċja. Għallmet id-drama ma’ Stage Coach sal-2005. Issieħbet ma’ Dù Theatre group fl-2004. Ix-xogħol tal-grupp intwera fit-teatri ewlenin ta’ Malta kif ukoll f’bosta festivals f’Malta stess, l-Iżrael, l-Ungerija, Spanja, Sqallija, id-Danimarka, l-Eġittu u l-Maċedonja. Minħabba li, apparti fir-reċtar, mad-Dù hija ħadmet ukoll fuq aspetti ta’ produzzjoni, Magdalena tgħallmet is-sengħa ta’ kostumista kif ukoll ħadmet fuq il-promozzjoni, l-produzzjoni u l-ippjanar ta’ bosta kollaborazzjonijiet u sħubijiet. Barra minn Dù, Magdalena tikkollabora ma’ kumpaniji u proġetti teatrali ewlenin oħra. Xi wħud mill-produzzjonijiet kienu Don Juan ta’ Molière (2013), Pretty Lisa (2013) u In-Nisa Maltin Jafu Kif ta’ Clare Azzopardi (2013), The Burglar’s Wife ta’ Dario Fo (2014), RIMA—an encounter with migrants (2016), The Price of One ta’ Edward Bond (2016), The Lying Kind ta’ Anthony Nielsen, fil-verżjonijiet kemm bil-Malti u bl-Ingliż (2016), Metamorphosis ta’ Ovid (2017) u Repubblika Immakulata (2019).