Lynne Salomone Reynaud
Biografija
Lynne Salomone Reynaud tagħmel parti mis-Soċjetà Imperjali tal-Għalliema taż-Żfin u hi rikonoxxuta bħala għalliema, artista, koreografa u prattikanta taż-żfin. Lynne għandha Diploma fl-Edukazzjoni taż–Żfin (2012) u Masters fl-Istudji tal-Arti Performattiva (Żfin) (2016), b’din tal-aħħar miksuba fl-Univerità ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-Professur Jo Butterworth. Salomone Reynaud bdiet it-taħrig taż–żfin tagħha ta’ età żgħira taħt id-direzzjoni ta’ Brigitte Gauci Borda, filwaqt li progressat barra minn xtutna permezz ta’ bosta boroż tas-studju li rebħet f’dixxiplini varji madwar l-Ewropa. Fl-2013, Lynne waqqfet Dance Hub, post innovattiv bit-tir li jesplora kull tip ta’ żfin u moviment u japprezza kull m’għandu x’jaqsam ma’ din il-forma ta’ arti.