Joseph Paul Vella
Biografija
Joseph huwa attur u artist li jaħdem regolarment fix-xena tat-teatru lokali. Huwa tħarreġ għal ħames snin fl-Iskola Nazzjonali tad-Drama u wara ngħaqad mal-Grupp Teatrali Aleateia fl-2003. Id-debutt teatrali tiegħu seħħ permezz ta’ “Helen of Troy” li ttellgħet fit-Teatru Manoel. Minn dakinhar wettaq diversi produzzjonijiet u drammi, kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Produzzjonijiet li jispikkaw jinkludu “The Broken Plate” (Lord Creon), “Drowning Lilies” (imtella’ fil-Fringe Festival f’Edinburgh), “The Equivocators”, “The Drooming” (Ziguzajg) u “It-Tfajla li Stunat”. Ħa sehem ukoll f’diversi festivals u inawgurazzjonijiet, fosthom “La navigation du savoir”, il-“Malta Spectacular” u l-“Malta Book Festival”, kemm bħala attur kif ukoll bħala kantant. Meta ma jkunx qed jieħu sehem fit-teatru, tista’ ssibu jaħdem f’tip ieħor ta’ teatru, bħala tabib speċjalizzat fl-anestesjoloġija.