Chris Gatt

Direttur

Biografija

Chris Gatt ilu miġnun fuq it-teatru minn mindu ommu u missieru xtrawlu par puppazzi jintlibsu fl-idejn. Minn hemm, b’xi mod, wasal biex jaħdem ma’ atturi umani. Beda bħala attur, ħamsa u tletin sena ilu, u malajr spiċċa jidderieġi għax intebaħ li l-udjenzi Maltin kellhom limitu għal kemm jifilħu jissaportu.

Tul is-snin, idderieġa firxa vasta ta’ drammi, minn musicals, li jinkludu Fiddler on The Roof,  Grease u We Will Rock You, sa Shakespeare (Merry Wives of Windsor, A Midsummer’s Night’s Dream), Alan Ayckbourn u Chekhov, fost oħrajn. Kien responsabbli wkoll għall-ewwel tlettax-il sena taċ-Ċentru Malti kontemporanju għall-Kreattività, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, li issa jissejjaħ Spazju Kreattiv. Huwa jemmen bis-sħiħ fil-qawwa tal-kreattività u b’mod partikolari fit-teatru bħala sors ta’ benessri għall-individwu u s-soċjetà ġenerali.