Benjamin Abela
Biografija
Benjamin l-ewwel ġie espost għall-arti teatrali meta kellu tnax-il sena meta ngħaqad ma’ Stagecoach. Minn dakinhar ’il hawn, l-imħabba tiegħu lejn din l-arti ma għamlet xejn ħlief kibret, hekk kif għamel parti minn għadd ta’ gruppi teatrali, ibda minn FMYT, Studio 18, u Ħassle Mejjet Theatre Collective. Matul is-snin, Benjamin ġie espost għal għexieren ta’ produzzjonijiet u, sussegwentament, għexieren ta’ partijiet varji – mill-karattru ta’ Pete fil-produzzjoni oriġinali ta’ Studio 18 Dear Pete, għall-karattru ta’ Lamb fid-dramm Is-Serra, addattament Malti tad-dramm The Hothouse għal Teatru Malta. Preżentament, Benjamin qiegħed jinfatwa ruħu mal-arti tal-kitba għall-palk; tant li ġie mogħti l-fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti mir-Research Support Grant biex jiżviluppa l-ideat tiegħu. Flimkien ma’ membru ieħor ta’ Studio 18, Benjamin għen fil-kitba ta’ numru ta’ drammi; ‘Help! Barbetti go Bohemian! u iLand. Flimkien ma’ żewġ kollegi, Benjamin għen ukoll fil-fondazzjoni tal-grupp teatrali indipendenti Ħassle Mejjet. S’issa dawn ipproduċew żewġ drammi: An Ode to Teen Angst fl-2018, fejn Benjamin għen fil-kitba, direzzjoni u anke ħa sehem u Pandora fl-2019, produzzjoni kompletament oriġinali miktuba minnu.