Angelo Theuma

Mużiċist

Biografija

Angelo Theuma ‘il-Kina’ kien jisma’ l-cassettes tal-għana fl-1999 meta kellu għaxar snin. Iltaqa’ mal-għannej Mikiel Cumbo ‘l-Iżgej’ fejn kien isemmagħlu iktar għana u beda jieħdu miegħu fil-garaxx fejn kienu jgħannu. Ta’ għoxrin sena, ‘l-Iżgej’ kien jieħdu miegħu għand ta’ Ġanna. Kelinu Cutajar ‘is-Superstar’, wieħed mill-għannejja magħrufa, beda jgħallmu billi jibda b’nofs għanja u Angelo jkompli l-kumplament. Hawnhekk kellu 21 sena. Huwa beda jgħanni għall-ewwel darba għand ta’ Ġanna ma’ Fredu Desira ‘l-Indjan’, li fetaħlu l-bieb biex ikompli jgħanni l-Argotti kif ukoll f’diversi serati fl-irħula. Fl-2015 tela’ l-Eġittu jgħanni waqt festival internazzjonali. Angelo għanna għar-Reġina waqt żjara tal- Commonwealth. Angelo huwa magħruf għall-għana spirtu pront, għana fil-għoli kif ukoll għana studjat.