Alex Weenink
Biografija
Alex hu attur, maniġer tal-proġett u prattikant tat-teatru li jiffoka fuq il-kitba ġdida, id-direzzjoni, it-teatru kollaborattiv, u d-drammaturġija għal spettakli multidixxiplinari. Hu ggradwa b’klassifikazzjoni tal-ewwel klassi fil-Baċellerat fit-Theatre Studies mill-Università ta’ Malta u għamel ukoll sena jistudja Drama and Theatre Studies f’Trinity College ġewwa Dublin, l-Irlanda. Bħala prattikant tat-teatru, hu jiffoka fuq il-ħolqien ta’ xogħol ġdid li jisfida l-forma tat-teatru b’mod kontemporanju, li hu awdaċi fl-investigazzjonijiet tiegħu, u li hu verament viżiv u espressiv. Bħala attur komiku u drammatiku, hu jistinka biex jikxef il-vulnerabbiltà ta’ kull karattru li jinterpreta.
Hu ħadem f’diversi produzzjonijiet teatrali, fosthom f’produzzjonijiet kollaborattivi (The Little Prince, After Medea, Dear Pete, u Dripfeed), f’drammi kontemporanji (Skylight, Pope Joan, From Rona With Love, u KES), f’drammi taż-żmien tar-Reġina Eliżabetta (The Jew of Malta, The Two Gentlemen of Verona, Macbeth u Othello) u f’musicals (Sweeney Todd, Mamma Mia, u l-Pantomimi tal-Milied). Bħala kittieb u drammaturgu, kiteb id-dramm qasir SWIPE, il-film BEN., u kkollabora ma’ Kurt Gabriel Meli fuq il-kummiedja traġika f’żewġ atti dwar l-età taż-żvilupp, Pastizz x’jaħbat?. Bħalissa qed jaħdem ma’ Meli fuq dramm ġdid għall-istudenti tas-sixth form bħala parti minn Young Europe IV, proġett tal-Konvenzjoni tat-Teatru Ewropew. Reċentement, hu waqqaf Chewing Productions u hu d-Direttur Artistiku tiegħu. Għal Chewing, idderieġa l-ispettaklu li għadu għaddej, A Ritual of Smoke & Mirrors, u kiteb u dderieġa wkoll All The Things I’m Trying To Say għal 3×3 | A Triple Bill of New Theatre. Reċentement idderieġa wkoll Investigating Hate Speech, spettaklu multidixxiplinari interattiv għal USPA u Science in the City 2022.
Meta ma jkunx qed joħloq xi ħaġa ġdida, hu jħobb imur fuq passiġġati twal (ħafna) fil-kampanja segwiti minn ikla kbira ħafna (ħafna) u pinta birra (jew tnejn) tajba.