Abigial Zarb
Biografija
Jiena jisimni Abigail Zarb, għandi 20 sena u ngħix fil-villaġġ ta’ Ħad-Dingli. Ilni nistludja l-Mużika għal dawn l-aħħar għaxar snin, u ta’ tmien snin bdejt inkanta. Minn ċkuniti, dejjem kelli interess lejn is-setturi tad-drama u t-teatru mużikali, u b’hekk, ta’ tmien snin bdejt immur għal-lezzjonijiet tad-drama fl-Akkademija ta’ Helen O’Grady. Minn hemm, bdejt napplika għall-eżemijiet tat-Teatru Mużikali ta’ Trinity College London. Apparti l-kant, ukoll bdejt indoqq il-flawt meta kelli 10 snin. Fl-2019, dħalt fl-Università ta’ Malta bħala studenta tal-Mużika, u bħalissa qiegħda fit-tielet sena tal-kors tal-lawrja. Din is-sena, Teatru Malta tawni l-opportunità li nieħu sehem f’dan l-ispettaklu mużikali. Din hija l-ewwel darba li qed nieħu sehem f’spettaklu mużikali ibbażat fuq figura storika Maltija.