Aaron Fenech

Attur

Biografija

Aaron Fenech ilu jirreċta minn mindu kien żgħir. Imwieled il-Marsa, huwa kien jieħu sehem fi produzzjonijiet teatrali varji kemm fil-Marsa stess kif ukoll l-iskola. Minn hemm kompla jiżviluppa t-talenti tiegħu fuq il-palk u fuq it-televiżjoni nazzjonali bil-parteċipazzjoni f’bosta produzzjonijiet. 

Il-produzzjonijiet teatrali reċenti jinkludu Macbeth, Hekk Alla Jgħinni, u Boulevard. Aaron ħa sehem ukoll f’għadd ta’ produzzjonijiet televiżivi, fosthom Xablott, Ma Tinbidel Qatt u L-Għarusa, filwaqt li fl-industrija taċ-ċinema, ħadem f’Carmelo u Dejjem