Sejħa għal Amministratur tal-Uffiċċju u Faċilitajiet – Sejħa Magħluqa

Bażi: Kuntratt għal servizz

Ħlas: €20,000 fis-sena qabel il-VAT

Tul ta’ żmien: sentejn

Teatru Malta huwa l-ewwel teatru nazzjonali ta’ Malta, li jiffoka fuq l-iżvilupp tat-teatru fil-gżejjer Maltin.

Qiegħdin infittxu fornitur ta’ servizz b’esperjenza u entużjażmu biex iservi bħala Amministratur tal-Uffiċċju u Faċiltajiet għal 40 siegħa fil-ġimgħa, biex jgħin lit-tim ta’ Teatru Malta fuq livell operazzjonali b’rabta mal-ispazju ta’ Teatru Malta. Dan jinkludi x-xogħol regolari fl-ispazju u l-faċiltajiet ta’ Teatru Malta u l-manutenzjoni tiegħu kif ukoll l-amministrazzjoni ġenerali tal-uffiċċju.  

L-Amministratur tal-Uffiċċju u Faċiltajiet jirraporta lill-Kap tal-Produzzjonijiet ta’ Teatru Malta.

Għal iktar informazzjoni niżżel l-applikazzjoni