Sejħa għal Amministratur tal-Produzzjonijiet – Sejħa Magħluqa

Bażi: Kuntratt għal servizz

Ħlas: €20,000 qabel il-VAT

Tul ta’ żmien: sena

Teatru Malta huwa l-ewwel teatru nazzjonali ta’ Malta, li jiffoka fuq l-iżvilupp tat-teatru fil-gżejjer Maltin.

Qegħdin infittxu fornitur ta’ servizz b’esperjenza u entużjażmu biex iservi bħala Amministratur tal-Produzzjonijiet għal 40 siegħa fil-ġimgħa, biex jappoġġja l-iżvilupp u t-twassil tal-programm artistiku billi jikkoordina l-produzzjonijiet fi ħdan il-kalendarju tal-avvenimenti Teatru Malta u jorganizza l-loġistika biex jitwassal dan il-programm.

L-Amministratur tal-Produzzjonijiet jirrapporta lill-Kap tal-Produzzjonijiet

Għal iktar informazzjoni dwar din is-sejħa niżżel l-applikazzoni