Teatru Malta
Dwar Teatru Malta

Teatru Malta huwa l-ewwel Teatru Nazzjonali ta’ Malta mingħajr ħitan. Nistħajjilkom tistaqsu, x’jiġifieri mingħajr ħitan? Ħa nispjegawlkom.

   

Bħala l-akbar netwerk ta' teatri pubbliċi fl-Ewropa, l-ETC (il-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru) għandha madwar 40 Membru Ewropew f’aktar minn 20 pajjiż. Flimkien jirriflettu d-diversità tas-settur kulturali vibranti tal-Ewropa. Stabbilita fl-1988, l-ETC tippromwovi t-teatru Ewropew bħala pjattaforma vitali għad-djalogu, id-demokrazija u l-interazzjoni li tirrispondi għal, tirrifletti u timpenja ruħha ma' udjenzi differenti u soċjetajiet li qed jinbidlu.

L-ETC trawwem kunċett ta' teatru inklussiv li jwassal il-wirt soċjali, lingwistiku u kulturali Ewropew lil udjenzi u komunitajiet fl-Ewropa u lil hinn. Governanza b'saħħitha u professjonali tal-ETC tiżgura li n-netwerk se jirnexxi u jikber, filwaqt li jitqiesu l-aħħar tendenzi u żviluppi.

Il-programm kurrenti ta' erba' snin tal-ETC huwa, "ENGAGE: L-għoti ta’ setgħa lill-udjenza tal-lum permezz ta' teatru ta' sfida". Joffri ħafna opportunitajiet u possibiltajiet ta' proġetti lit-Teatri Membri tagħna. Dan il-programm komprensiv u innovattiv huwa appoġġjat mill-Programm Creative Europe tal-Unjoni Ewropea.

  Mingħajr ħitan tfisser li ma jkunx hemm limitazzjonijiet, biex jinħoloq teatru li jħoss il-polz tal-udjenza. Irridu nkunu innovattivi għalkollox u rilevanti. Irridu noħolqu teatru li tibqa’ tiftakru. Mingħajr ħitan tfisser aktar libertà li jinħoloq xogħol li tixtieq tara int. Aħna nemmnu li hemm aktar minn udjenza waħda hemm barra, għalhekk qed noħolqu xogħol għal kulħadd. Xogħol li bih qalbek tibda tħabbat. Mingħajr ħitan tfisser li Malta u Għawdex huma l-palk tagħna. Irridu neħduk f’postijiet li taf diġà, imma anke f’oħrajn fejn qatt ma mort. X’imkien ’il bogħod ’il bogħod. Mingħajr ħitan tfisser li naħdmu ma’ kulħadd; kreattivi, professjonisti, dilettanti u kull min jaħseb li t-teatru jagħmilna nies aħjar.

Mingħajr ħitan tfisser li int dejjem mistieden.

Teatru Malta

Meet & Greet

It-Tim ta’ Teatru Malta

Antoine Zammit

Antoine Zammit

Ammistratur tal-Faċilitajiet u l-Uffiċju
Mireille Estelle Camilleri

Mireille Estelle Camilleri

Amministratriċi tal-Poroduzzjonijiet
Sean Buhagiar

Sean Buhagiar

Direttur Artistiku
Elaine Falzon

Elaine Falzon

Head of Productions
Alessia Caruana

Alessia Caruana

Eżekuttiv tal-Marketing u Brand