A Stroke of Bad Luck issofri attakk ieħor ta’ xorti ħażina 😭

A Stroke of Bad Luck issofri attakk ieħor ta’ xorti ħażina hekk kif il-produzzjoni qed tiġi posposta sa ma nerġgħu nagħmlu avviż ieħor. Minħabba s-sitwazzjoni attwali, Teatru Malta ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf il-produzzjoni A Stroke of Bad Luck – għat-tieni darba. Nistgħu nwaħħlu fil-fenomenu ta’ “Friday the 13th”, iżda nippreferu nibqgħu ottimisti u siguri… u niffukaw fuq pjanijiet oħra bħal dan il-ġdid li għandna tal-Kwarta Kwarantina! Għall-istess raġuni, se nkunu qed nikkanċellaw ukoll il-bankett tagħna għall-Jum Dinji tat-Teatru. Se naċċertaw ruħna li mpattu għal dan billi nistinkaw id-doppju ladarba neħilsu minn daż-żikk ta’ vajrus! Ħudu ħsieb, u żommu għajnejkom fuqna għax ma tantx se ndumu kwieti wisq.