17 . 03 . 21

#TakeOverThursdays: Jimmy Grima

Għada nerġgħu lura b’aġġornament ieħor ta’ #TakeOverThursdays u din il-ġimgħa wieħed mill-artisti assoċjati tagħna stess se jkun qed jieħu kollox f’idejh dirett minn Amsterdam. Dan l-artist-kuratur reċentement kiseb l-MA tiegħu fit-Teatru minn Das Theatre u ħadem magħna fuq għadd ta’ proġetti … l-aktar wieħed notevoli kien ‘song of a bird’. Sewwa qed taħseb, li għada mhu se jkollna lil ħadd għajr Jimmy Grima li se jmexxi l-midja soċjali tagħna. Tinsiex issegwi fuq facebook u instagram!