Take Over Thursday: Kyle Fenech

It-Takeover t’għada ser tlaqqana ma’ xi ħadd li forsi mhux wiċċ famljari, iżda huwa interessanti bil-wisq.  Kyle huwa il-persuna li ħoloq l-irjus tal-pupa u l-fenek li issibu fil-Kaxxa ta’ Alice in Wonderless Land bit-3D Printer. Fil-fatt Kyle huwa artist li juża kemm il-forom diġitali kif ukoll tradizzjonali tal-arti viżwali. Eeee… u bilħaqq, Kyle huwa wkoll mużiċist, idoqq il-kitarra mal-grupp Pyramid Suns

Mela għada kunu żguri li tagħtu daqqa t’għajn lejn il-pjattaformi soċjali tagħna biex tidħlu ftit fid-dinja ta’ Kyle

3D-Makes